Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ġie Malta mill-Vatikan, Mons. Guido Marini, li huwa iċ-Ċerimonjier taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġici tal-Papa. Huwa kellu diversi laqgħat ma’ dawk involuti fl-organizazzjoni taż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, partikolarment ma’ dawk involuti fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġici. Mons Marini flimkien mal-kollaboraturi tiegħu ltaqa’ ma’ grupp ta’ seminaristi li se jkunu qed jagħtu servizz fil-Quddiesa mmexxija mil-Papa nhar il-Ħadd 18 ta’ April. Laqgħat oħra saru ma’ dawk responsabbli mill-kant fil-Quddiesa ċċelebrata mill-Papa u mad-diretturi li dakinhar se jkunu responsabbli mix-xandira televiżiva taż-żjara tal-Papa. Din ix-xandira se tidher mhux biss lokalment iżda wkoll fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan u f’ħafna pajjiżi ohra madwar id-dinja.
Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti ta’ din l-attivita’ jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.