[lang_en]
[lang_mt]
Id-Dar tal-Providenza waslulha rapporti li xi persuna jew persuni qegħdin iħabbtu bieb, bieb u jgħidu Ii qed jiġbru f’isem id-Dar. L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza tixtieq tagħmilha ċara li qatt ma tagħti permess biex isir ġbir mid-djar. Fl-imgħoddi kien hemm persuni li tressqu quddiem il-qorti mill-pulizija u nstabu ħatja ta’ frodi. Waqt li tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għall-appoġġ sħiħ tiegħu, id-Dar tal-Providenza tappella lil min irid jagħmel donazzjoni biex jagħmel dan jew billi jżur id-Dar fis-Siġġiewi, jew bil-posta permezz ta’ ċekk, permezz tal-website www.dartalprovidenza.org jew permezz tal-banek li kollha għandhom kont speċjali.
Id-Dar tal-Providenza tappella wkoll lill-pubbliku biex jirrapporta każi ta’ ġbir ta’ flus mid-djar jew direttament lill-pulizija jew lid-Dar stess fuq 2146 4951 jew permezz ta’ email fuq [email protected]
F’isem id-Dar tal-Providenza, GRAZZI
[/lang_mt]
.