“Ghadd ta’ tfal imrobbijin minn genituri li jghixu f’koabitazzjoni, minn genituri separate, divorzjati jew li regghu izzewgu, huma mcahhda minn punti fissi ta’ riferenza f’hajjithom u jistghu jispiccaw isofru minn kunflitt intern u konfuzjoni. Il-familja tradizzjonali msejsa fuq l-ghaqda tar-ragel u l-mara fi zwieg indissollubli tinsab fid-dinja tal-lum that attack kontinwu”. Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI f’indirizz lill-Isqfijiet Braziljani.
Il-Papa kompla jghid li “jezistu forzi fis-socjeta tal-lum li huma kommessi li jeqirdu l-ghorfa natural ital-hajja umana. Familji f’kulturi sekularizzati, specjalment fejn id-divorzju huwa legali, jidhru mhedda bl-incertezza, fejn aktar u aktar koppji qed jibnu fuq il-fragilita tal-koabitazzjoni, hafna drabi ibbazata fuq l-emozzjoni tal-individwu jew fuq sentiment ta’ suggettivita”.
Il-Kap tal-Kattolici temm jghid li hekk kif id-divorzji qed jizdiedu u l-koabitazzjoni qed titfittex iktar, it-tfal qed jispiccaw l-akbar vittmi fit-tali sitwazzjonijiet difficli. Dawn qed jispiccaw mcahhda mill-appogg tal-genituri u qed jispiccaw vittmi ta’ mard u abbandun li qed jikkawza dizordni sojali.