Id-djoċesi ta’ Ferns qed titlob lill-parroċċi għal fondi addizzjonali sabiex jissussidjaw mill-ammonti f’kumpens legali għal min sofra abbużi sesswali minn membri tal-kleru. Id-djoċesi ħallset 10.5 miljun ewro f’kumpens legali lill-vittmi, spejjeż lill-avukati u spejjeż għall-programmi ta’ għajnuna. L-Isqof Dennis Brennan ta’ Ferns qal dan fil-laqgħa ġenerali annwali tal-kumitat finanzjarju tad-djoċesi. L-Isqof żied li 48 każ inqata’ waqt li għad hemm 13 miftuħa.
“Il-kwistjoni tkompli tingħata attenzjoni bi priorita u ninsab f’pożizzjoni ngħid b’sodisfazzjoni li kompli jiġi reġistrat progress”. Eugene Doyle, uffiċjal finanzjarju tad-djoċesi qal lil RTE News li d-djoċesi ssellfet 1.8 miljun ewro għal 20 sena sabiex tilħaq l-miri finanzjarji tagħha. Qal li l-pagamenti tas-self jiswew 120,000 euro kull sena, pero d-djoċesi bħalissa taffordja biss tħallas nofs l-ammont.
Id-djoċesi qed tikkunsidra wkoll li tbigħ proprjeta tagħha sabiex ittaffi ftit mill-problema. Għaldaqstant minħabba l-problema tal-prezz tal-bini f’daż-żmien ta’ riċessjoni, Doyle temm jgħid li d-djoċesi qed iddur lejn il-parroċċi sabiex jagħtu s-sehem tagħhom.
DUBLIN, Ireland (CNS)