Il-Kummisjoni Interdjoċesana Ambjent permezz tal-Paroċċa taż-Żejtun qed torganizza eżerċizzi spiritwali b’temi marbuta mal-Ambjent. Dawn ser isiru fid-Dar it-Tagħlim San Girgor maġenb il-Knisja ta’ San Girgor fis-7.15pm kif ġej:

It-Tnejn 8 ta’ Marzu: “Alla joħloq – Għajta għadha tidwi”

Il-Ħamis 11 ta’ Marzu: “L-Ambjent – Merżuq jew  kumpens?”

It-Tnejn 15 ta’ Marzu: “Jeħtieġ li naħbtu ma’ blata!”

Għal aktar informazzjoni ċemplu 21694563 jew permezz ta’ email fuq [email protected]