Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ April, 2010, l-Arcisqof Pawlu Cremona mexxa pellegrinaġġ nazzjonali flimkien mal-Isqof Mario Grech u bil-parteċipazzjoni taż-żewġ djoċesi ta’ Malta u Għawdex. Dan il-pellegrinaġġ li huwa parti minn diversi attiviatjiet li ġew ippreparati bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa, beda minn ħdejn id-dar tal-Irtir ta’ Mt St Joseph, f’Tarġa Gap, u ntemm b’ċerimonja qasira fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, f’San Pawl il-Baħar. Matul iċ-ċerimonja inqara r-rakkont tan-Nawfraġju mill-Atti tal-Appostli u sar it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija bħala stqarrija tal-fidi li ġabilna l-Appostlu Missierna 1950 sena ilu.
Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.