L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 6 korsijiet ġodda fuq il-Bibbja bejn Mejju u Ġunju 2010. L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.
It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd. Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.
Il-korsijiet isiru filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m. u jkun hemm break għar-refreshments. Il-korsijiet isiru bil-Malti u kulħadd jista’ jattendi għalihom.
Il-korsijiet huma: (1) Il-Manuskritti tal-Baħar il-Mejjet (Dead Sea Scrolls) (Dr Dennis Mizzi); (2) Ġesù, is-Saċerdot il-Kbir (Rev Karm Attard); (3) Il-Bibbja: Ħajja fl-Arti Sagra (Rev Gino Gauci); (4) Inwieġbek bl-Art Imqaddsa (Rev Alfred Agius); (5) L-Iskrittura: L-ispirazzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja (Rev Vince Magri sj); (6) Il-Bibbja kif issawret u kif tinqara (Rev Gorg Dalli).
Il-korsijiet isiru fis-sala tal-konferenzi tal-Għaqda Biblika Maltija fl-indirizz : 51, Triq il-Miratur, Floriana.
Għal aktar informazzjoni jew biex japplika, wieħed jista’ jċempel lill-Għaqda Biblika Maltija fuq 21220318 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn is-2.15 p.m. u l-5.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew billi jaċċessa l-website: www.maltabible.com