Madre Theresa

L-uffiċċju postali Amerikan se jkun qed iniedi bolla kommemorattiva ta’ Madre Tereża ta’ Calcutta għal Settembru li ġej.  CatholicVote.org ikkonfermat dan fl-aħħar jiem, waqt li nnutat li l-kampanja organizzata fi Frar li għadda b’talba għall-appoġġ għal din il-bolla sabet is-sapport ta’ madwar 138,000 firmatarju.

Stqarrija maħruġamill-President ta’ CatholicVote.org, Brian Burch, innutat li Roy Betts, kelliem għas-servizz postali, ikkonferma li l-bolla “se rkun iddedikata għall-Bażilika tas-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Washington DC, fil-5 ta’ Settembru”.

Il-Fondazzjoni Freedom from Religion, fetħet front kontra l-ħruġ ta’ din il-bolla, pero CatholicVote.org insistiet li jissuktaw il-pjani biex jimmeterjalizza ruħu l-ħsieb marbut mal-ħidma tas-soru mal-foqra u l-emarġinati. Burch innota li r-regoli tas-servizz postali kienu jipprojbixxu li joħorġu bolol li jonoraw istituzzjonijiet jew individwi reliġjużi li l-kisbiet tagħhom huma assoċjati ma’ twemmin reliġjuż. Għaldaqstant, kompla jgħid, li dawn ir-regoli m’għandhomx jeskludu reliġjużi li taw kontribut qawwi lid-dinja.

Il-grupp t’azzjoni qal li fil-passat kien hemm min ingħata tali rikonoxximent bħal Martin Luther King Jr fl-1979 u fl-1999, fost l-oħrajn.