Fl-ewwel semestru tas-sena akkademika, li jibda f’Ottubru 2023, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser joffri ’l fuq minn 30 kors. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti b’modi differenti: in-person, hybrid u online.
Il-korsijiet offruti huma dawn:
- Emotional Support in the Community: Basic Skills indirizzat lil dawk li jipprovdu servizz, ħaddiema pastorali, voluntiera u dawk kollha li huma interessati li jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mal-klijenti u l-kollegi. Dan il-kors jingħata f’5 lezzjonijiet in-person.
- Introduction to Holy Communion indirizzat lill-ministri tat-tqarbin jew dawk li jixtiequ jifhmu aktar il-valur tal-Ewkaristija. Dan huwa kors ta’ 5 sigħat li se jingħata online f’sessjonijiet rekordjati.
- Introduction to Holy Mass indirizzat lill-ministri tal-liturġija jew dawk li jixtiequ jifhmu aktar ir-rit, l-istorja u l-valur tal-quddiesa. Dan hu kors ta’ 5 sigħat li se jingħata online f’sessjonijiet rekordjati.
- Faith Foundation for Ministry indirizzat lil dawk kollha li jixtiequ jwessgħu l-għarfien tagħhom dwar il-fidi Kattolika. Dan hu kors ta’ 8 sigħat li se jingħata online f’sessjonijiet rekordjati.
- Introduction to Catechetical Ministry for Children indirizzat lill-katekisti tat-tfal u ġenituri li jixtiequ japprofondixxu t-tagħlim teoloġiku tagħhom. Dan il-kors hu mifrux fuq 6 in-person seminars u materjal ieħor rekordjat.
- Award in Creating and Animating Prayer Spaces indirizzat lill-edukaturi, counsellors reliġjużi, chaplains u dawk kollha li jixtiequ jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ jikbru fil-ħajja ta’ talb. Il-kors hu mifrux fuq 3 ġimgħat u jingħata in-person.
- Award in Sports Ministry indirizzat lill-youth leaders, persuni sportivi, chaplains, għalliema tal-PE u dawk kollha li huma interessati li jitgħallmu kif l-isport jista’ jkun mezz ta’ tagħlim tal-valuri Nsara. Il-kors hu mifrux fuq 4 moduli u jingħata in-person.
- Introduction to the Gospel of John indirizzat lil dawk kollha li jixtiequ japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar l-Evanġelju ta’ San Ġwann. Il-kors hu mifrux fuq 3 ġimgħat u jingħata in-person.
- Award in Pastoral Care & Chaplaincy in Schools indirizzat lill-edukaturi u s-saċerdoti, li huma jew jixtiequ jinvolvu ruħhom fiċ-chaplaincy tal-iskola. Il-kors hu mifrux fuq 5 moduli u jingħata in-person.
Il-korsijiet huma offruti bil-Malti, madanakollu f’ċerti okkażjonijiet jkun hemm il-possibbiltà li kors jiġi offrut bl-Ingliż. Barra dawn il-korsijiet imsemmija, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali joffri diversi korsijiet oħra li jibdew minn Jannar li ġej kif ukoll oħrajn li jibqgħu għaddejjin matul is-sena kollha. Tista’ ssib il-lista sħiħa tal-korsijiet fuq: pfi.edu.mt/course-list.
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl-2007 bl-iskop li joffri formazzjoni għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà kontemporanja. Numru ta’ korsijiet huma akkreditati mill-MFHEA. Għal aktar tagħrif żur pfi.edu.mt jew ibgħat fuq [email protected].