Il-ġurnal semi-uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, nhar it-Tlieta nieda sit internet ġdid, eżattament fil-ġurnata li fakkret s-6 anniversarju minn meta Benedittu XVI kien elett Papa fl-2005.
L’Osservatore Romano, aċċessibbli fuq www.osservatoreromano.va hu provdut online ukoll b’lingwi differenti, minbarra li hu stampat kuljum bit-Taljan.
Wieħed jista’ jinkiteb fl-edizzjoni ta’ kull xahar li diġa hi offruta. Ta’ kuljum, se tibqa’ tingħata b’xejn sal-aħħar t’Awwissu, biex imbagħad minn Settembru wieħed ikun jista’ jinkiteb fiha. Ta’ kuljum se tibda tkun aċċessibbli wara nofsinhar, ħin lokali f’Ruma. Isegwu imbagħad ikunu l-edizzjonijiet bit-traduzzjonijiet f’lingwi oħra.
L’Osservatore Romano ilha tiġi ppubblikata mill-1861, bl-ewwel ħarġa tkun t’erba’ paġni biss. Kien propju Papa Ljun XIII li fl-1885 għamilha organu uffiċjali ta’ informazzjoni għas-Santa Sede.