-
Il-Ġurnalisti f’titjira mal-Papa
-
Nhar it- 30 ta’ Lulju 2013, Fit-titjira lura minn Rio de Janeiro lejn Ruma, il-Papa Franġisku tkellem għal madwar siegħa u nofs mal-ġurnalisti li akkumpanjawh fil-vjaġġ tiegħu. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha ma kinux mħejjija jew maħsuba minn qabel u l-Papa wieġeb il-mistoqsijiet kollha li kienu mqiegħda, fuq suġġetti li kienu jvarjaw mis-sigurta personali sar-relazzjoni tiegħu mal-Kurja Romana, il-vjaġġ tiegħu fil-Brażil, il-kollaborazzjoni tiegħu ma’ Benedittu XVI u s-sitwazzjoni ta’ persuni divorzjati li reġgħu żżewġu.
Franġisku qal li kien kuntent bil-vjaġġ tiegħu barra mill-Italja, waqt li kkumenta li ġiebet fil-wiċċ ‘it-tjieba u t-tbatija tal-poplu Brażiljan …il-poplu Brażiljan huma nies twajba u mimlija mħabba, dħulin, affabbli, u ġenerużi, li anke waqt it-tbatija jfittxu l-aħjar għal kulħadd. U din hija ħaġa tajba: huma nies ferrieħa li batew ħafna – Dan il-vjaġġ kien tajjeb ħafna; spiritwalment lili għamilli l-ġid – tiltaqa’ man-nies dejjem jagħmel tajjeb, għax meta nagħmlu hekk nirċievu ħafna affarijiet tajbin mingħand l-oħrajn’.
Rigward is-suġġett tas-sigurtà, kkumenta li ma kien hemm l-ebda inċident fil-viżtà tiegħu f’Rio de Janeiro, u li kollox kien spontanju. “B’inqas sigurta, stajt inkun man-nies biex ngħannaqhom, nifraħ bihom, mingħajr karozzi protetti – hija s-sigurtà li tafda fin-nies – iva, dejjem hemm il-periklu li tiltaqa’ ma’ xi ħadd li jista’ jagħmillek il-ħsara, imma mbagħad hemm dejjem il-Mulej li jipprotegina, mhux hekk ? Hija wkoll ‘ġennata’ li tifred isqof min-nies tiegħu, u nippreferi dan il-‘ġenn.’
Huwa tenna diversi drabi b’insistenza li pprefera li jkompli jgħammar fir-residenza Santa Marta, huwa kompla jispjega li “ma nistax ngħix waħdi jew ma’ grupp żgħir. Għandi bżonn noqgħod fost in-nies, li niltaqa’ u nitkellem magħhom – kulħadd għandu jgħix kif il-Mulej iridu jgħix. Imma bl-awsterita – awsterita in ġenerali – naħseb li hu meħtieġ għal dawk kollha li jaħdmu fis-servizz tal-Knisja.
Huwa rrivela l-kontenut tal-bagalja sewda li ġarr waqt il-vjaġġ tiegħu l-Brażil. ‘Ma kienx hemm iċ-ċavetta ta’ bomba atomika! Kien hemm mus tal-leħja, l-brevjar, id-djarju tiegħi, ktieb biex naqra – ġibt wieħed fuq Santa Terża ta’ Lisieux, li jien devot tagħha – dejjem nieħu dan il-basket meta nivvjaġġa. Huwa normali. Għandna nkunu normali!’
Bi tweġiba għall-mistoqsija fuq il-kummissjonijiet li istitwixxa għar-riforma tal-IOR (Istitut għall-Opri Reliġjuzi) u l-każ ta’ Mgr Scarano, d-direttur tas-servizz tal-Analiżi tal-Kontijiet tal-Amministrazzjoni tas-Sede Appostolika (APSA) li kien mħarrek mill-awtoritajiet Taljani fil-kuntest ta’ korruzzjoni u nvestigazzjoni ta’ frodi, qal li l-kummissjonijiet twqqfu biex jirriformaw u jaġġustaw il-IOR u li wħud tawh parir li għandu jkun bank etiku, fond ta’ sapport jew li għandu wkoll jagħlaq. ‘Nafda fil-membri tal-kummissjoni’, kkummenta. It-Trasparenza u l-etika għandhom ikunu l-etika li jispiraw din l-entita. Huwa esprima id-dwejjaq tiegħu, rigward il-każ li Mgr Scarano kien inkriminat, ‘u mhux għax jixbaħ lil Beata Immelda’, “jien inweġġa’ b’dawn il-ġrajjiet għax jikkawżaw skandlu – imma fil-Kurja hemm ukoll nies qaddisin – anke jekk hemm xi wħud li mhumiex, imma huma dawn li l-aktar jagħmlu hoss ; kulħadd jaf li siġra li taqa’ tagħmel aktar ħoss minn foresta li tkun qed tikber’.
Il-Papa rrefera wkoll għal Mons. Ricca, prelat tal-IOR, fuq min magażin Taljan ippubblika informazzjoni malfamanti fuq il-ħajja tiegħu personali, u fuq l’hekk msejħa ‘gay lobby’ fi ħdan il-Vatikan. “Fuq Mgr Ricca”, qal, “investigatio previa’ (investigazzjoni ta’ qabel wieħed ikun mlaħħaq prelat) kienet mħarrġa, imma xejn ma ħareġ. Imma nixtieq inżid aktar ħaġa waħda : Nara li spiss ħafna fil-Knisja, hemm tendenza li jiġu mfittxa dnubiet kommessi fiż-żgħożija, jippubbliċizzawhom. Minix nitkellem fuq reat : l-abbuż tal-minuri huwa reat. Imma jekk bniedem lajk, jew qassis, jew soru dineb, dinbet, il-Mulej jaħfer u jinsa. U dan importanti: il-Mulej jinsa. M’għandniex id-dritt li ma ninsewx. San Pietru ikommetta wieħed mill-aktar dnubiet gravi, l-apostasija, u minkejja dan għamluh Papa. Ħafna jinkiteb fuq il-‘gay lobby’ imma ma sibtx karti tal-identita’ ta xi ħadd gay fil-Vatikan, għalkemm jgħidu li jeżistu. Naħseb li meta niltaqgħu ma’ persuna gay, irridu niddistingwu il-fatt milli jkun gay minn dak li jifformaw parti minn lobby, għax mhux il-lobbies kollha tajbin. Dik hi l-problema. Imma jekk il-persuna hi gay, u jfittex lil Alla, u għandu rieda tajba, min jien jien biex niġġudikah?’
Bl-istess mod il-Papa ma ħarabx it-tema tas-sagramenti għad-divorzjati u li reġgħu żżewġu. ‘Naħseb dan huwa żmien ta’ ħniena. Id-divorzjati jistgħu jkollhom aċċess għas-sagramenti. Il-problema hija ma’ dawk li jinsabu fit-tieni żwieġ ma jistgħux jirċievu l-Ewkaristija (jitqarbnu). Imma f’paranetesi, l-Ortodossi għandhom prassi differenti. Huma jsegwu t-teolġija tal-ekonomija, u huma mgħotija t-tieni ċans : jippermettu dak. Imma naħseb u din hija l-problema – u hawn nagħlaq il-parentesi – trid tkun studjata fi ħdan il-qafas tal-kura pastorali matrimonjali. Waħda mit-temi li l-Kunsill tal-Kardinali se jikkunsidra fil-laqgħa f’Ottubru hija kif nipproċedu f’relazzjoni lejn il-kura pastorali matrimonjali. Ftit ġranet ilu ltqajt mas-segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet, għat-tema tas-Sinodu li jmiss, u rajna li spikkat din it-tema antropoloġika: kif il-fidi tgħin fl-ippjanar tal-persuna u tal-familja u tidħol fil-pastorali taż-żwieġ. Qegħdin fit-triq lejn kura pastorali matrimonjali aktar profonda. Din hija problema għal ħafna nies.
Rigward il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Knisja, Franġisku qal li Ġwanni Pawlu II kien għalaq il-bieb fuq il-mistoqsija tal-ordinazzjoni, imma emfassizza li “Marija kienet important aktar mill-Appostli, isqfijiet, u allura n-nisa fil-Knisja huma aktar importanti mill-isqfijiet u s-saċerdoti…hemm bżonn kbir li t-teoloġija tesplora aħjar l-irwol tan-nisa fil-Knisja.’
Meta tkellem fuq il-preżenza ta’ Benedittu XVI fil-Vatika, afferma, ‘Hu bħal meta għandek nannu d-dar, imma nannu għaref. Meta fil-familja n-nannu qiegħed id-dar, huwa mweġġaħ, maħbub u mismugħ. Huwa bniedem prudenti li ma jindaħalx. Jien għedtlu diversi drabi, ‘Santita, ilqa’ n-nies, kompli bil-ħajja tiegħek u ejja magħna – ġie għall-inawgurazzjoni u t-tberik tal-istatwa ta’ San Mikiel – Iva, huwa bħal meta jkollok nannu d-dar, missieri. Jekk kelli diffikulta jew ma fhimtx xi ħaġa, kont inċempillu biex nistaqsih, ‘Għidli, nista’ nagħmel dan jew dak?’ U meta mort inkellmu fuq il-problema serja tal-Vatileaks spjegahieli b’sempliċita kbira.
Għat-test sħiħ bit-Taljan tal-konferenza stampa mal-Papa ara: http://www.vatican.va/holy_father/francesco/speeches/2013/july/documents/papa-francesco_20130728_gmg-conferenza-stampa_it.html