It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kummissjoni Pastorali fid-dinja tax-xogħol organizzat seminar bit-tema ‘Il-ħaddiem u l-konsumatur: f’kunflitt?’. Fl-intervent tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP sostna li kull min jaħdem għandu responsabbilita’ quddiem Alla. L-Arċisqof saħaq li f’Malta għad hawn każijiet soċjali ta’ familji li mhux jirnexxilhom ilaħqu mad-dritt tal-konsum u għalhekk hemm bżonn li wieħed jara l-kawżi li qed iwasslu għal dan.
L-Arċisqof Cremona ikkwota lil Papa Benedittu XVI fejn qal li din hija sfida mhux biss għall-Knisja imma anke għal dawk li jmexxu, inkluż l-politiċi. L-Arċisqof qajjem il-punt li bejn il-ħaddiem u l-konsumatur m’għandux ikun hemm distinzjoni u għalhekk importanti li jkun hemm bilanċ bejn id-dinjita’ tal-ħaddiem u l-konsumatur. Quddiem numru sostanzjali ta’ familji bi problemi finanzjarji, l-Arċisqof staqsa jekk il-bniedem huwiex verament ħieles minn kull tip ta’ konsumiżmu.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.