-
-
Din is‑sena, f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti. Dan fil‑kuntest tal‑laqgħat li l‑Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan. dawk li ġew mistiedna mill‑Arċisqof għall‑ħasil tar‑riġlejn il-bieraħ filgħaxija huma:
- Sitt itfal u adolexxenti uħud minnhom mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal,
- Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż‑żgħażagħ,
- Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
- Żewġ priġunieri żgħażagħ.
Il‑priġunieri żgħażagħ ġew mistiedna personalment mill‑Arċisqof waqt żjara li għamel fir‑Randan f’waħda mill‑faċilitajiet korrettivi tal‑Istat.