Il-Kardinal Angelo Bagnasco, Arċisqof ta’ Genoa u President tal-Konferenza Episkopali Taljana, tkellem dwar il-ħtieġa li jħossu l-ġnus biex jirreaġixxu għal tmexxija dittatorjali li tmur kontra d-drittijiet fundamentali u kontra d-dinjita tiegħu.
F’kummenti dalgħodu, il-Kardinal Bagnasco, qal li “minbarra l-kwistjoni tevolvi tal-Libja, hemm l-Afrika ta’ Fuq kollha kemm hi, u huwa fatt li jidhirli li sar ukoll fi Lvant”. F’ċertu punt, kompla jispjega, “minbarra l-problemi politiċi u ekonomiċi, il-ġnus jirreaġixxu bi ħtieġa għal antropoloġija, għal xenarju ta’ bniedem li jmur kontra l-istess drittijiet fundamentali u d-dinjita tiegħu”.
Minħabba dan, il-Kardinal Bagnasco ikkonkluda li “iżjed mill-fatturi ekonomiċi, ċertament hemm dan il-fatt bażiku li ma jista’ jkun oppressat mill-ebda reġim jew tmexxija dittatorjali u li f’xi mument, issa jew imbagħad, jisplodi!”