Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, nhar il-Ħamis, 24 ta’ Frar, 2011. It-tema għal dan is-sena hi ‘Sehem il-Lajċi fil-Parroċċa’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jipparteċipa u jagħmel diskors f’għeluq il-konferenza li se ssir fl-iskola Santa Montika, Birkirkara.

Il-konferenza tibda fis-6.00 p.m. b’diskussjoni minn panel magħmul minn kappillani u lajċi u wara, diskors mis-Segretarju Pastorali, Mons. Charles Cordina.

Id-Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi, s-Sur Joe Farrugia, jixtieq jistieden lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-missjoni tal-Knisja sabiex jattendu u jieħdu sehem attiv f’din il-laqgħa. Is-Sur Farrugia qal li għalkemm kull parroċċa hija realta’ diversa mill-oħrajn, madankollu jidher ċar ħafna s-sehem importanti li l-lajċi nsara għandhom fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’pajjiżna.