WYD2011

Disgħa minn kull għaxar persuni intervistati minn Istitut Spanjol tar-Riċerka, jikkunsidraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ bħala “esperjenza li ġġib bidla f’ħajjithom”.  Il- Gabinete de Análisis Demoscópico,jew l-Uffiċċju li janalizza l-opinjoni pubblika, magħruf bħala l-GAD, intervista mal-1800 persuna żagħżugħa minn madwar id-dinja kollha, li lkoll isegwu l-aħbarijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-proġett hu mmexxi mis-Soċjologu Gonzalo  González Sanz. Ir-riżultati huma ta’ żewġ nature…fuq naħa waħda, analiżi ir-raġunijiet taż-żgħażagħ li jagħżlu li jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiettal-Jum Dinji ddedikat lilhom; u fuq in-naħa l-oħra, l-aspettattivi li l-istess parteċipazzjonitagħhom tiġġenera. Mill-informazzjoni miġbura, hu nnutat li 9 minn kull 10 żgħażagħ, jew 93%, “qed ifittxu li jkollhom esperjenza ġdida”; li “jwasslu l-messaġġta’ Kristu” – 92%; li jħarsu lejn l-attivita “b’sens ta’ impenn lejn il-Knisja” – 90%; u li jissodisfaw “l-ansjetajiet spiritwali tagħhom” – 90%.

Minn dawk intervistati, il-maġġoranza kienu taħt it-tletin sena, u wieħed minn kullerbgħa intervistati,  ipparteċipa f’waħda miċ-ċelebrazzjonijiet passati tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Aktar minn 60% marru f’Cologne fl-2005, u 44% vjaġġaw lejn Sydney fl-Awstralja fl-2008.

Aktar minn 98% ta’ dawk intervistati u li kienudiġa attendew tali ċelebrazzjoni dinjija, qalu li jivvalutaw pożittivament l-esperjenza li ħadu. Iż-żgħażagħ qalu wkoll li pparteċipaw biex isiru jafu żgħażagħ oħrajn bħalhom u anki biex jaqsmu magħhom it-twemmin u l-valuri li jħaddnu.

Dwar l-importanza tal-fidi fil-ħajja tagħhom, 85% ta’ dawk intervistati qalu li t-twemmin f’Ġesu Kristu jgħinhom jaħfru lill-oħrajn.80% qalu li l-esperjenza għinithom isiru nies iktar solidaliulijgħinulilminhu fil-bżonn. 7% qalu li ħassew il-bżonn tagħha biex jimmaturaw.