Il-Papa Benedittu XVI se jibgħat lill-Kardinal Claudio Hummes, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, biex jirrappreżentah f’konferenza ewkarisitka fil-Brażil. Il-Papa innomina lill-Kardinal Hummes f’Marzu sabiex jattendi s-16-il Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, bejn it-13 u s-16 ta’ dax-xahar ta’ Mejju.
In-nomina tiegħu saret pubblika dil-ġimgħa permezz ta’ ittra datata 19 t’April. L-ittra turi x-xawqa tal-Papali l-konferenza tkun ċċelebrata b’solennita massima u tħalli l-frott għal dawk kollha li se jattendu. Huwa offra l-barka tiegħu bl-interċessjoni tal-Madonna ta’ Aperecida. Huwa qal ukoll li l-konferenza hi ffukata fuq l-Ewkaristija bħala l-Ħobż tal-għaqda għad-dixxipli missjunarji.
Ix-xahar li għadda l-Papa ma naqasx milli jirreferi għall-konferenza waqt iż-żjara ta’ rutina li għamlulu l-Isqfijiet Brażiljani. Dakinhar qal lill-Isqfijiet sabiex jingħaqdu fit-talb b’intenzjonijiet ċari lejn is-16-il Kungress Ewkarisitku Nazzjonali, sabiex minnu joħroġ il-ġid mixtieq.