Il-Kardinal Mario Grech, illum t-Tnejn, 30 ta’ Novembru 2020, ippresieda quddiesa kkonċelebrata fuq l-altar tal-Kattedra fil-Bażilika ta’ San Pietru, li matulha ħadu sehem lajċi, sorijiet u saċerdoti Maltin u Għawdxin.
Fl-omelija tiegħu, il-Kardinal Grech qal li l-ħarsa ta’ Ġesù tefa’ fuq Sant’Andrija tefagħha wkoll fuqu nhar is-Sibt li għadda meta l-Papa Franġisku ħatru kardinal għas-servizz tal-Knisja Universali.
Fit-tislima tiegħu lill-komunità Maltija, il-Kardinal Grech talab lill-Madonna tħares lil Malta u Għawdex, b’mod partikulari għall-għaqda fis-sitwazzjoni tal-lum.