Il-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

Din il-kongregazzjoni tieħu ħsieb affarijiet marbuta mal-prattiċi liturġiċi tal-Knisja u kwistjonijiet oħra relatati mas-sagramenti. Il-Prefett ta’ din il-Kongregazzjoni hu l-Isqof Arthur Roche li l-Papa Franġisku għadu kemm ħabbar li se jinħatar kardinal nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Kardinal Mario Grech hu wkoll is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Flimkien mal-Kardinal Mario Grech hemm ukoll il-Kardinali Luis Antonio G. Tagle, Orani João Tempesta, Charles Maung Bo, Daniel Fernando Sturla Berhouet, Blase Joseph Cupich, Cristóbal López Romero, Celestino Aós Braco, Kevin Joseph Farrell, Konrad Krajewski, Marcello Semeraro, l-Isqfijiet Lazzaro You Heung-sik, Filippo Iannone, Joseph Augustine Di Noia,  Ilson de Jesus Montanari, Jean Legrez, Jaime Spengler, Jorge Carlos Patrón Wong, Mario Iceta Gavicagogeascoa, David Douglas Crosby, Edmar Perón u Hugh Gilbert.

Bħalissa l-Kardinal Mario Grech jinsab fuq żjara pastorali fil-Libanu. Din iż-żjara, li ġiet deskritta wkoll bħalha “sinodali” se tintemm fis-6 ta’ Ġunju.

Sors: Newsbook Malta