Ir-relazzjoni tal-Knisja Kattolika mal-Ġudaiżmu, kif mgħallma mill-Konċilju Vatikan II, flimkien mal-interpretazzjonijiet u l-iżiluppi ta’ dak it-tagħlim minn Papiet sussegwenti, “jorbtu lill-kattoliku”. Din id-dikjarazzjoni għamilha l-Uffiċjal tal-Vatikan responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Lhud.
Il-Kardinal Svizzeru Kurt Koch, President tal-Kummissjoni Pontifiċja għar-relazzjonijiet reliġjużi mal-Lhud, hu li hu wkoll membru tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, tkellem mal-mezzi tal-istampa wara taħdita dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Lhud fid-dawl tad-dikjarazzjoni ‘Nostra Aetate’ tal-Konċilju Vatikan II, li titkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-Knisja ma’ reliġjonijiet mhux insara.
It-taħdita kienet segwita mis-sehem tal-Kardinal Koch f’laqgħa tal-Kongregazzjoni dottrinali biex teżamina l-aħħar progress fit-taħditiet konċiljatorji tal-Vatikan mas-Soċjeta tradizzjoanlista San Piju X. “Hekk kwistjonijiet ma’ din il-komunita li jridu jiġu kjarifikati. Ma nistax ngħid iżjed minn hekk”, qal lill-ġurnalisti waqt li rrepeta l-istqarrija tal-Vatikan li hemm diskussjonijiet konċiljatorji għaddejjin.