Il-Papa Franġisku stieden lill-mexxejja Nsara u lill-Insara kollha, biex illum 25 ta’ Marzu 2020, f’nofsinhar jinġabru spiritwalment u jitolbu t-talba tal-Missierna biex titwaqqaf il-pandemija tal-coronovirus. L-Arċidjoesi ta’ Malta stiednet lill-mexxejja ta’ Knejjes Insara oħra f’Malta biex jingħaqdu mal-Papa Franġisku permezz ta’ din it-talba li xxandret f’nofsinhar fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.