Archbishop Zygmunt Zimowski

Il-Kap tad-delegazzjoni tas-Santa Sede għall-65 Assemblea Dinjija tas-Saħħa, l-Arċisqof Zygmunt Zimowski, irriafferma f’Geneva, l-Isvizzera, l-appoġġ tas-Santa Sede għar-Riżoluzzjoni WHA64.9 dwar “l-istrutturi finanzjarji tas-saħħa li jkunu sostenibbli u madwar id-dinja”, b’appell lill-iStati membri sabiex jimmiraw lejn saħħa li tkopri lil kulħadd, pedamentata fuq l-ekwita u s-solidarjeta.

Huwa fakkar li l-Papa stess enfasizza l-importanza ta’ ġustizzja distribwita realment, li abbżi tal-ħtiġijiet oġġettivi, tiggarantixxi kura adekwata għal kulħadd.Konsegwentement, biex ma ssirx inumana, id-dinja tas-saħħa ma tistax twarrab r-regoli morali li għandhom imexxuha.

L-Arċisqof Zimowski innota li “iktar pajjiżi, speċjalment dawk b’ekonomiji jiżviluppaw, qed iduru lejn id-dinja, grazzi għal politika pożittiva li tippromwovi ġustizzja”. Appella biex pajjiżi li għandhom dħul b’saħħtu, juru solidarjeta ikbar ma’ pajjiżi ifqar, bil-għan li fis-saħħa jinġabru minn sitwazzjonijiet ta’ finanzji prekarji. F’dal-kuntest l-Arċisqof kwota mill-Enċiklika Caritas in veritate fejn il-Papa qal li pajjiżi ekonomikament iktar żviluppati għandhom jallokaw sehem ikbar mill-prodott gross domestiku tagħhom biex jgħinu lil min hu ifqar minnhom, u hekk ikunu jirrispettaw l-obbligi tal-komunita internazzjonali.

Temm jgħid li tali għajnuna universalment ma tinvolvix biss sforz ta’ mekkaniżmi tal-iStat imma appoġġ mis-soċjeta ċivili wkoll.