• Il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi

  • Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2013, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta, saret iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re. Din iċ-ċelebrazzjoni immarkat wkoll għeluq is-Sena tal-Fidi li bdiet fil-11 ta’ Ottubru 2012.

    Iċ-ċelebrazzjoni ġiet ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Kienu preżenti n-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, u l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. Attendew ukoll il-President ta’ Malta, Dr George Abela u s-Sinjura Abela din iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana.

    It-tema għal din is-sena kienet “Ġesù ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek” (Lq 23:42). Iċ-ċelebrazzjoni inkludiet animazzjoni ta’ kant, it-talba liturġika ta’ filgħaxija u messaġġ minn Monsinjur Arċisqof.

  • Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof għal din l-okkażjoni.

  • Ritratti: Photocity

    ​www.photocitymalta.com