Pope with College of Cardinals

Id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, il-Kardinal Angelo Sodano, bagħat ittra lill-membri tal-Kulleġġ u lill-Kardinali-eletti, fejn ħabbrilhom li l-Papa stedinhom ilkoll biex jipparteċipaw f’ġurnata ta’ talb u riflessjoni li se ssir il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru fl-Awla ġdida tas-Sinodu fil-Vatikan.

Il-ġurnata ta’ talb, li se ssir lejliet il-konċistorju pubbliku ordinarju, se tiffoka fuq żewġ temi. L-ewwel, is-sitwazzjoni ta’ liberta reliġjuża fid-dinja, flimkien mal-isfidi l-ġodda, b’taħdita introduttorja mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone. It-tieni, il-liturġija fil-Ħajja tal-Knisja llum., b’kontribuzzjoni preliminary mill-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Qima Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti, il-Kardinal Antonio Canizares Llovera.

Tlett taħditiet huma skedati wara nofsinharijiet. L-Arċisqof Angelo Amato, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin se jagħmel indirizz intitolat “Għaxar snin minn Dominus Iesus”, u Il-Kardinal William Joseph Lavada, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, se jindirizza żewġ taħditiet dwar “ir-Rispons tal-Knisja għall-każi ta’ Abbużi Sesswali” u dwar “il-Kostituzzjoni Anglicanorum coetibus”.