-
Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej f’Malta
-
Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompei, meqjum fis-santwarju tagħha f’Pompei Napli, jdur numru ta’ bliet u rħula madwar l-Italja u anke madwar id-dinja. Fuq inizjattiva tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk dan il-kwadru se jinġieb Malta bejn it-22 u d-29 ta’ Settembru 2013. Se jżur diversi postijiet fosthom Għawdex, il-Belt Valletta u r-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk. L-għan ewlieni ta’ din iż-żjara hu li titqajjem mill-ġdid fil-poplu tagħna d-devozzjoni lejn t-talb tar-rużarju. Il-Papa Frangisku fl-omelija nhar il-festa ta’ Santa Marija, ħeġġiġna biex nitolbu kuljum r-rużarju għaliex din t-talba tgħinha niġġieldu l-ħazen fina u madwarna.
Għal aktar informazzjoni u programm dettaljat ta’ din iż-żjara żur is-sit eletroniku www.marsaxlokkparish.com jew cempel fuq 21650662.