• Il-Meravilja tal-Ħajja mill-Bidu Tagħha

  • Kors Dwar Kwistjonijiet Fundamentali Dwar Il-Ħajja tal-Bniedem mill-Aspett Nisrani

    ‘X’inhu l-bniedem, biex inti taħseb daqhekk fih?’ (Salm 8.4). L-istudju tal-ġisem uman u l-potenzjal tiegħu iħallik mistagħġeb bil-komplessita u l-perfezzjoni tiegħu u ta’ min ħalqu. Minkejja dan, fiz-żminijiet tal-lum hemm min ixejjen il-valur tal-ħajja umana u jaġixxi bħallikieku il-ġisem u l-ħajja tal-bniedem ma’ huma xejn differenti minn dawk ta’ l-annimali.

    Dan il-kors huwa maħsub għal dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar it-tifsira u l-implikazzjonijiet morali marbuta ma’ kwistjonijiet bijoetici (cioeÏ konnessi man-natura u l-ħajja tal-bniedem) delikati li nisimgħu dwarhom illum u kif dawn jaffetwaw il-familja fil-ħajja ta’ kuljum.

    Il-kors jibda billi jintroduċina mal-kobor li jinstab fil-proċess ta’ kif iċ-ċelloli umani jitwieldu w jiżviluppaw, u jkompli jeżamina kwistjonijiet ta’ etika relatati mal-ħajja tal-bniedem fil-bidu tagħha sal-mewt. Se jiġu spjegati it-teknoloġiji varji li bihom tiġi mmanipulata in-natura tal-bniedem u l-materja ġenetika tieghu, kif ukoll ser niddiskutu l-aspetti soċjali u morali assoċjati mal-użu ta’ dawn it-teknoloġiji. Filmati w għajnuniet viżwali jagħmlu parti mill-kors filwaqt li se jiġi allokat ħin ghad-diskussjoni.

    Dan il-kors jippreżenta l-aspett nisrani dwar is-suġġett u jinkludi referenzi ghal-dokumenti tal-Knisja. Il-kwistjonijiet li ser niddiskutu jinkludu:
  • Skeda:

    6 ta’ Frar  – Storja ta’ ħajja umana. Kif tibda u tiżviluppa.
    13 ta’ Frar – Teknoloġiji biex jgħinu t-Tnissil (L-ewwel parti).
    20 ta’ Frar – Teknoloġiji biex jgħinu t-Tnissil (It-tieni parti).
    27 ta’ Frar – Il-ħajja hija valur sabiħ: diżabbilta’, tbatija, ewtanasja.
    13 ta’ Marzu – Ngħixu l-Evanġelju tal-ħajja.

    Dettalji:

    Titlu: Il-Meravilja tal-Ħajja mill-Bidu Tagħha
    Kelliema: Dr. Miriam Sciberras BChD (Hons), MA Bioethics
    L-Għan tal-Kors: Il-kors huwa maħsub għal dawk kollha li jridu jsiru jafu aktar fuq il-kwistjonijiet bijoetici delikati li nisimgħu dwarhom illum u l-implikazzjonijiet morali assoċjati magħhom li qed jaffetwaw il-ħajja ta’ kuljum tal-familja.
    Dati: is-6 u t-13 ta’ Frar, l-20 u s-27 ta’ Frar, u t-13 ta’ Marzu, 2014.
    Ħin: 7.30pm – 9.30pm
    Post: Genesis2, Institute for Marriage and Family – 1, Triq l-Oratorju, Naxxar.
    Lingwa: Malti (preżentazzjonijiet bl-Ingliż)
    Kontribuzzjoni: Kontribuzzjoni ta’ €10 kull persuna għall-kors kollu tiġi apprezzata.
    Kif tibbukkja: ċempel 7920 2477 jew 9942 9907, jew ibgħat e-mail fuq [email protected]