Conclusion of Synod of Bishops with the Pope

Fl-aħħar jum ta’ ħidma għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida, il-Papa Benedittu XVI kien ippreżentat bi 38 Propożizzjoni, frott ta’ ħidma intensiva fl-aħħar tliet ġimgħat. Fil-ħsieb tiegħu f’għeluq is-Sinodu, il-Papa ħa l-okkażjoni biex jgħid li permezz tax-xiehda tal-parteċipanti kollha, ħareġ ċar ħafna li l-Knisja hi ħajja u qed tikber, anki meta maħkuma minn irwiefen qawwija.

Il-Papa beda billi ħabbar li se jgħaddi l-ġurisdizzjoni fuq is-Seminarji mill-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika għall-Kongregazzjoni għall-Kleru, u l-kompetenza tal-katekeżi minn idejn il-Kongregazzjoni għall-Kleru għall-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida.

Intant, id-dokumenti relattivi se jkunu qed jinġabru f’Ittra Appostolika, bil-Papa jappella għat-talb sabiex il-knisja tissokta bl-impenn tal-missjoni tagħha.