Il-Papa Franġisku talab għal familji madwar id-dinja li qed isofru minħabba mwiet ikkawżati mill-gwerer.

Waqt l-indirizz tiegħu fil-Festa tal-Familja Mqaddsa, il-Papa sellem lill-familji miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, u lil dawk li kienu qed isegwuha permezz tal-midja.

Huwa sostna li ħsibijietu jinsabu ma’ familji fil-Korea t’Isfel li qed jibki it-telfa tal-għeżież tagħhom wara li ġġaraf ajrupan waqt inżul ta’ emerġenza nhar il-Ħadd li għadda.

179 persuna huma maħsuba mejta, b’167 vittma kkonfermata sal-lum.

Dan l-inċident traġiku huwa l-aktar wieħed fatali relatat mal-avjazzjoni fl-istorja tal-pajjiż, u l-aktar inċident tal-ajru fatali tal-2024.

Il-Papa qal li qed jitlob għal dawk li salvaw u għall-familji li tilfu l-għeżież tagħhom.

Wara l-Angelus, il-Papa Franġisku talab ukoll għal familji li qed isofru minħabba gwerer, u semma l-Ukrajna, il-Palestina, l-Iżrael, il-Myanmar, is-Sudan, u North Kivu.

Żied jgħid, “Ejja nitolbu għal dawn il-familji kollha milquta mill-kunflitti.

Matul l-Angelus, il-Papa fakkar lill-familji biex iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, u ssuġġerixxa li l-mod tajjeb biex jagħmlu dan hu li joqogħdu madwar il-mejda tal-pranzu, jitkellmu, u jevitaw li jużaw il-mowbajls.

Sors: Newsbook Malta