Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Frar 2010, fil-Kappella tal-Universita saret attivitaˋ imtella’ miċ-Chaplaincy ta’ l-Universitaˋ u ikkummissjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Fr. John Berry – visiting lecturer fil-Fakultaˋ tat-Teoloġija, Ms. Alessandra Dee Crespo flimkien ma’ Mr David Torpiano, żewġ studenti tat-teoloġija, taw ħarsa lejn it-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI b’ħarsa mill-qrib lejn il-messaġġ tal-ktieb tiegħu ‘Ġesu ta’ Nazaret’.  Iż-żgħażagħ preżenti għal din l-attivitaˋ wara kellhom l-opportunitaˋ li flimkien jiddiskutu u jiddibattu il-ħsieb wara dan il-ktieb, kif ukoll is-sinifikat u l-impatt tal-viżta tal-Papa Benedittu f’April li ġej  fuq il-poplu Malti u Għawdxi.

Kopja tal-ktieb ‘Ġesuˋ ta’ Nazaret’ ġiet mogħtija lil kull parteċipant.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.popemalta.org

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti ta’ din l-attivita’ jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.