Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Eċċellenza Tiegħu Reverendissima Mons. Charles J. Scicluna, bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fil-Vatikan. Il-membri tal-Kongregazzjoni huma Kardinali u Isqfijiet li jew jaħdmu fil-Vatikan jew fi Djoċesijiet madwar id-Dinja.  Huma jiltaqgħu diversi drabi matul is-sena, dejjem nhar ta’ Erbgħa, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet l-iżjed importanti dwar id-duttrina tal-Knisja u jiddeċiedu l-kawżi l-iżjed gravi li jitressqu quddiem il-Kongregazzjoni.  Il-membri tal-Kongregazzjoni huma awtomatikament Imħallfin fuq it-Tribunal tal-Kongregazzjoni li jiddeċiedi kawżi penali gravi.

Ritratt: Victor B. Caruana