Il-Papa Benedittu XVI qal li minħabba instabilita ekonomika, in-nuqqas ta’ ħtiġijiet essenzjali, diżastri naturali, gwerer u kunflitti soċjali, “il-migrazzjoni saret esperjenza diffiċli ta’ trawma, fejn in-nies qed jispiċċaw vittmi, iktar milli aġenti responsabbli għad-deċiżjoni tal-migrazzjoni. Il-Papa kiteb il-messaġġ għad-99 Jum Dinji għall-Migranti u Refuġjati li jitfakkar fit-13 ta’ Jannar 2013 bit-tema “Il-Migrazzjoni:pellegrinaġġ ta’ fidi u tama”.

Il-Papa kiteb li “il-fidi u t-tama huma inseparabbli fi qlub il-migranti li profondament jixtiequ ħajja aħjar, speċjalment meta jkunu qed iħallu warajhom xenarju ferm bogħod minn prospettiv għal futur aħjar”.