Il-Papa Franġisku ħatar 21 kardinal ġdid minn ħames kontinenti s-Sibt.

Ħames isqfijiet mill-Amerka Latina, inkluż minn Brażil, Peru u l-Arġentina, tnejn mill-Kosta tal-Ivorju u l-Alġerija u l-arċisqof ta’ Tehran huma fost dawk li qed jiġu elevati għall-pożizzjoni ta’ kardinal.

Il-Papa mexxa ċ-ċerimonja fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Dan kien l-għaxar konċistorju fejn il-Papa Franġisku ħatar kardinali ġodda mindu sar papa fl-2013.

Flimkien ma’ dawn il-21 kardinal, il-papa ħatar 110 mill-140 kardinal li għandhom taħt it-80, kollha li huma eliġibbli li jivvotaw f’konklavi.

Fl-indirizz tiegħu quddiem il-kardinali il-ġodda, il-Papa inkoraġġixxa lill-grupp biex “jimxu fit-triq ta’ Ġesù, b’umilità u ferħ”.

Il-Papa fakkar lill-kardinali li huma jridu jiċċentraw lil Alla u jkunu bennejja ta’ unità, waqt li wissiehom li jridu jagħtu każ affarijiet sekondarji u apparenzi esterni li jistgħu jostru dak li verament jgħodd.

Il-Konċistorju kien mħabbar fil-bidu ta’ Ottubru.

Sors: Newsbook Malta