Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru l-Papa Franġisku reħielha għas-47 vjaġġ appostoliku tiegħu f’Korsika fejn attenda attivitajiet spiritwali, kulturali u diplomatiċi.

Il-Papa Franġisku talab lill-Verġni Marija biex kollox jimxi ħarir matul il-vjaġġ, bħalma dejjem jagħmel qabel jivvjaġġa.

Is-Sibt waranofsinhar mar fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma biex jitlob quddiem l-ikona ta’ Salus Populi Romani, id-difensur tal-ġens Ruman. Din l-opra artistika ilha sservi bħala sors ta’ devozzjoni għal Papa, li ħafna drabi jafda fil-gwida tal-Verġni Marija bil-missjonijiet tiegħu ‘l barra mill-pajjiż.

Il-jum ta’ wara, il-Papa Franġisku qabad it-titjira papali mill-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma għall-belt kapitali ta’ Korsika, Ajaccio.

Qabel ma telaq mill-appartament tal-Vatikan – Casa Santa Marta – il-Papa kellem grupp ta’ nies bla saqaf fuq rashom li jorqdu taħt il-kolonni ta’ Pjazza San Pietru.

Matul il-vjaġġ, il-Papa Franġisku wassal messaġġ lill-President Taljan Sergio Mattarella b’riflessjoni fuq l-istorja kulturali u spiritwali rikka tal-Mediterran. Hu ddeskriva r-reġjun bħala salib it-toroq ta’ ċivilizzazzjonijiet li rrispettaw l-ideali tat-twemmin tagħhom minkejja deċennji ta’ rivalità.

Il-Papa esprima x-xewqa li l-vjaġġ jippromovi aktar solidarjetà, diskussjoni bejn ir-reliġjonijiet u responsabbiltà kondiviża għall-futur tal-Mediterran.

Fid-9.00am, il-Papa wasal fl-Ajruport Napoléon Bonaparte F’Ajaccio, fejn intlaqa’ mill-uffiċjali ċivili u reliġjużi tal-lokal, inkluż l-Arċisqof Celestino Migliore, in-Nunzju Appostoliku fi Franza.

L-ewwel waqfa tal-papa wara li telaq mill-ajruport kienet f’sit arkeoloġiku tas-seklu sitta.

Is-sit medjevali li jinsab fl-inħawi ta’ San Ġwann f’Ajaccio tela’ fil-wiċċ waqt skavar fl-2005. Dan jinkludi friskatur tal-magħmudija forma ta’ salib u friskatur iżgħar li kien maħsub biex il-katekumini jaħslu saqajhom fih. Il-Papa waqaf biex jitlob fuq is-sit li attwalment qiegħed f’post li jistgħu jżuruh it-turisti u jiflu l-karatteristiċi tiegħu taħt dawl apposta.

Folol ta’ devoti nġabru fit-toroq biex jaraw il-Papa, filwaqt li oħrajn qagħdu fil-gallariji u twieqi biex juruh is-sapport tagħhom.

Waqt il-ġurnata f’Korsika, il-Papa Franġisku pparteċipa f’numru ta’ attivitajiet importanti li wrew l-għan aħħari tiegħu, li jippromwovi d-djalogu u japprezza l-wirt kulturali. Hu indirizza diskors fil-Konferenza fuq ir-Reliġjożità Popolari fil-Mediterran, fejn enfasizza r-rilevanza spiritwali u kulturali tar-reġjun.

Il-Papa ltaqa’ wkoll mal-kleru ta’ Korsika u mexxejja reliġjużi biex jipprovdu gwida u inkoraġġiment għax-xogħol pastorali tagħhom, u anke ċċelebra quddiesa li għaliha attendew bosta devoti.

Il-Papa temm il-vjaġġ b’diskors mal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar l-unità, il-kollaborazzjoni bejn reliġjonijiet differenti u l-libertà għar-reliġjon. Dawn l-attivitajiet urew id-dedikazzjoni tal-Papa biex jibni pont bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet.

Mal-għabex, il-Papa Franġisku telaq lura lejn Ruma fejn temm il-vjaġġ ta’ ġurnata.

Sors: Newsbook Malta