“F’din l-art ukoll, l-Imqaddsa Marija Santissma tingħata qima f’diversi bażiliċi. Lilha nafda lill-popolazzjoni kollha ta’ San Marino-Montefeltro, partikolarment lill-persuni li qed isofru fil-ġisem u fir-ruħ”. Din kienet id-dikjarazzjoni tal-Papa Benedittu XVI qabel ma talab it-talba tal-Angelus fl-istejdjum ta’ Serravalle waqt il-żjara pastorali tiegħu fid-djoċesi ta’ San Marino.

Il-Papa fakkar ukoll fil-beatifikazzjoni ta’ Sor Magerita Rutan tas-Sorijiet tal-Karita. “Fit-tieni nofs tas-seklu 18, hi ħadmet b’impenn kbir fl-isptar ta’ Dax fi Franza, biex eventwalment fil-persekuzzjoni traġika li segwiet ir-Rivoluzzjoni, hi kienet ikkundannata għall-mewt minħabba l-fidi kattolika tagħha u l-fedelta tagħha lejn il-Knisja”.

Finalment, Benedittu XVI fakkar fil-Jum Dinji ddedikat lir-Refuġjati u qal li “f’din l-okkażjoni, dis-sena tfakkar is-sittin anniversarju mill-adozzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali biex ikunu protetti dawk persegwitati u sfurzati jaħarbu minn pajjiżhom”. Il-Papa ma naqasx milli jinkoraġixxi lill-awtoritajiet ċivili u lil dawk kollha ta’ rieda tajba sabiex “jiggarantixxu merħba denja u kundizzjonijiet t’għejxien li jkunu dinjitużi għar-refuġjati, sakemm b’mod ħieles u sigur ikunu jistgħu jirritornaw lejn pajjiżhom”.