Bologna earthquake

Il-Kunsill Pontifiċju Cor Unum ħabbar f’komunikat għall-istampa li “wara t-terremot fl-Italja fl-aħħar jiem, li kkaġuna qerda partikolarment fit-terretorju ta’ konfini ekkleżjastiċi ta’ Carpi, Mantua, Modena-Nonantola u Ferrara-Comacchio, il-Papa Benedittu XVI bagħat €100,000 f’għotja t’għajnuna permezz tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum bil-għan li titqassam bejn id-djoċesijiet milquta. Hekk tkun appoġġjata l-ħidma t’assistenza lill-vittmi min-naħa tal-Knisja Kattolika. Is-somma flus intqal li kellha l-għan li tkun espressjoni konkreta t’għajnuna mill-Papa, li turi wkoll is-solidarjeta spiritwali tiegħu ma’ dawk kollha milquta minn dan it-terremot”.