Il-Papa Franġisku laqa’ rakkomandazzjoni li ħarġet waqt il-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kardinali qabel l-aħħar konklavi, u ħatar grupp ta’ Kardinali sabiex jagħtuh pariri fit-tmexxija tal-Knisja Universali u fit-tfassil ta’ pjan maħsub biex jirrevedi l-Kostituzzjoni Appostolika Pastor Bonus dwar il-Kurja ta’ Ruma. Il-Kardinali huma Giuseppe Bertello, President tal-governat tal-Istat tal-Vatikan; il-Kardinal Francisco Javier Errazuriz Ossa, Arċisqof emeritus ta’ Santiago de Chile, fiċ-Ċili; il-Kardinal Oswald Gracias, Arċisqof ta’ Bombay fl-Indja; il-Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Freising fil-Ġermanja; il-Kardinal Laurent Monsengwo Pasinya, Arċisqof ta’ Kinshasa fir-Repubblika Domenikana tal-Kongo; il-Kardinal Sean Patrick O’Malley O.F.M., Arċisqof ta’ Boston fl-Istati Uniti tal-Amerika; il-Kardinal George Pell, Arċisqof ta’ Sydney fl-Awstralja; il-Kardinal Oscar Andres Rodriguez Maradiaga, S.D.B., l-Arċisqof ta’ Tegucigalpa fil-Honduras, fir-rwol ta’ koordinatur; u l-Isqof Marcello Semeraro ta’ Albano fl-Italja fir-rwol ta’ segretarju.
L-ewwel laqgħa hi skedata li ssir bejn l-1 u t-3 ta’ Ottubru 2013, anke jekk bħalissa l-Papa xorta jinsab f’kuntatt ma’ dawn il-Kardinali.