Theddid fuq il-liberta reliġjuża hu theddid fuq il-paċi u s-sigurta madwar id-dinja kollha, kif ukoll fuq it-tkabbir u l-iżvilupp uman awtentiku. Il-Papa qal li “il-liberta reliġjuża hi arma awtentika ta’ paċi” li tindokra l-kwalitajiet umani li jistgħu jagħmlu d-dinja aħjar.
Dan hu l-messaġġ ewlieni li l-Papa qed iwassal fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Paċi li jitfakkar fl-1 ta’ Jannar 2011. Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI, tradott f’lingwi Ewropej, fl-Għarbi u fir-Russu, twassal lill-mexxejja tad-dinja mill-ambaxxaturi tal-Vatikan.
Il-messaġġ intitolat “Religious Freedom, the Path to Peace”, jew “Il-Liberta Reliġjuża, lejn il-Paċi”, semma b’mod partikolari il-vjolenza fl-Iraq u l-attakk fuq il-Knisja Kattolika tas-Sirja f’Baghdad. Il-messaġġ hu mifhum li hu dedikat għall-vjolenza, il-persekuzzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra dawk li jemmnu. Dan bħala bażi għal ħajja mgħejxa tajjeb u għat-tkabbir tal-individwi u s-soċjetajiet in ġenerali.
Il-Papa qal li “Attwalment, l-Insara huma l-grupp reliġjuż li jsofri l-iktar mill-persekuzzjoni minħabba l-fidi”. Dan intqal b’referenza speċifika għall-komunitajiet tal-Asja, l-Afrika u ta’ Lvant Nofsani u l-Art Imqaddsa”.