Il-Papa Benedittu XVI ltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u mal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, flimkien ma’ wħud mis-saċerdoti Maltin fis-servizz tas-Santa Sede. Dawn huma (mix-xellug) Mons Alfred Xuereb, mis-Segreterija partikolari tal-Papa; Mons. Charles J. Scicluna, Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi; Mons. Francis Bonnici, Direttur tal-Uffiċċju Pontifiċju għall-Vokazzjonijiet Saċerdortali; u Dun Patrick Incorvaja, mit-Tribunal tas-Segnatura Appostolika. Il-laqgħa saret fl-okkażjoni tal-udjenza li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kellu mal-Papa, fil-bidu taż-żjara ad Limina li huwa qed jagħmel flimkien mal-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech.