-
-
Is-Sibt, il-Papa Franġisku laqa’ fil-Vatikan numru ta’ tfal li ġejjin mill-bliet ta’ Norcia, Cascia, Accumoli, Amatrice, Arquata del Tronto, u Acquasanta – bliet li ġew iddevastati mis-serje ta’ terremoti li laqtu ċ-ċentru tal-Italja s-sena li għaddiet.
It-tfal waslu Ruma permezz ta’ “ferrovija speċjali” biex jiltaqgħu mal-Papa Franġisku.
Fis-sala Pawlu VI, il-Papa tkellem mat-tfal u qalilhom, “Jien qaluli li rrid nitkellem, imma jien inħobb nisma'”, waqt li stedinhom biex jirrakkuntawlu l-istejjer tagħhom. Il-Papa staqsihom dwar l-esperjenza tat-terremot u kif qed jirnexxielhom iġibu ruħhom biex iqumu fuq saqajhom minn din il-katastrofi.
Wara li tkellem individwalment ma’ xi 12-il tifel u tifla, il-Papa Franġisku offrielhom kelma ta’ ħabib.”Dak li għaddejtu minnu hu verament ikrah,” saħaq il-Papa, “għaliex hu diżastru, u d-diżastri jweġġġgħu lir-ruħ.” Iżda hu qalilhom, “li hemm il-Mulej li se jgħinkom tibdew mill-ġdid!”