Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi proġetti konkreti sabiex tinġieb il-paċi fl-Art Imqaddsa f’dan iż-żmien ta’ bidla kbira fi Lvant Nofsani. Huwa għamel dan fl-aħħar udjenza pubblika, wara li talab l-Angelus ma’ dawk kollha fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
Bħala parti mil-laqgħa tradizzjonali tiegħu man-nies il-Ħadd, il-fakkar f’Jannar xahar iddedikat għall-paċi. Żewġ adolexxenti mill-Azzjoni Kattolika, ingħaqdu miegħu biex setgħu jeħilsu żewġ ħamimiet b’simbolu ta’ paċi.
Fakkar ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Paċi fl-Art Imqaddsa. Il-Papa qal li kien qed jingħaqad mal-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, Fouad Twal, u mal-Kustodja Franġiskan tal-Art Imqaddsa, Patri Pierbattista Pizzaballa, sabiex jistieden lil kulħadd jitlob sabiex il-moħħ u l-qalb ikunu ffukati fuq proġetti ta’ paċi konkreta fir-reġjun.