Ritratt: Vatican News

Il-Papa Franġisku jinstab lura f’daru wara li ġie rilaxxat mill-Isptar Gemelli ta’ Ruma fejn kien qed jingħata trattament tal-infezzjoni fil-pulmun.

Il-Papa ddaħħal l-isptar f’Ruma nhar l-Erbgħa li għadda wara li ppresieda l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa.

Is-Santa Sede qalet li qabel telaq mill-Isptar, il-Papa waqqaf il-karozza tiegħu biex ikellem lil dawk preżenti u jgħannaq koppja li tilfet lit-tifla tagħhom matul il-lejl.

Wara, hu għadda ħdejn il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore fejn talab quddiem l-ikona ta’ Marija, Salus Populi Romani għal morda u dawk li li qed isofri minħabba mard u telf tal-maħbubin tagħhom.

Waqt li kien fl-isptar f’Ruma, il-Papa ħataf l-okkażjoni biex imur iżur id-Dipartment tal-Onkoloġija tat-tfal u jgħammed tifel bl-isem ta’ Miguel Angel.

It-tfal rikoverati hawn qed jingħataw kura mill-marda tal-kanċer. Il-Papa qassam diversi rigali fosthom kuruni tar-rużarju, il-ktieb “Nacque Gesù a Betlemme di Giudea” u bajd tal-Għid.

Sors: Newsbook.com.mt