Fl-ewwel digriet ta’ natura liturġika f’dan il-pontifikat, Papa Franġisku iddeċieda li fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ talba Ewkaristika, hekk kif jidhru fit-tielet edizzjoni tal-Missal Ruman wara li tissemma l-Verġni Mqaddsa Marija, iżid isem San Ġużepp.

Fil-link hawn wieħed jista’ jsib id-digriet sħiħ u fid-dettall maħruġ l-Erbgħa mill-Kongregazzjoni għall-Qima divina u d-dixxiplina tas-Sagramenti.