Pope with Gabriele in prison

Il-Papa Benedittu XVI ħafer lill-eks maġġordom tiegħu, Paolo Gabriele, li ngħata sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs wara li seraq karti kunfidenzjali, li spiċċaw f’idejn il-mezzi tal-istampa.

Fi stqarrija, il-Vatikan ħabbar li l-Papa żar lil Gabriele fil-ħabs biex personalment jinfurmah bid-deċiżjoni tiegħu.

F’Ottubru li għadda, l-eks maġġordom instab ħati li seraq xi dokumenti u anke ħareġ xi informazzjoni lill-media Taljana. Madanakollu, il-Papa Benedittu XVI ħafirlu u aċċetta t-talba ta’ Gabriele. Din kienet deskritta bħala ġest patern mill-Papa lejn dak li miegħu kellu relazzjoni ta’ familjarita fuq bażi regolari għal numru ta’ snin.

Gabriele, susegwentement inħeles mill-ħabs u seta’ jirritorna d-dar. Minħabba li ma jistax jirritorna fl-impjieg li kellu u lanqas jgħix fil-belt tal-Vatikan, is-Santa Sede awgurat lil Gabriele, sogħbien għal dak li kien għamel, ritorn feliċi ma’ familtu.