Pope Francis greets diplomats

Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-Korp Diplomatiku tal-Vatikan f’Sala Regia fil-Palazz Appostoliku – fejn fil-passat Papiet kienu jilqgħu lill-monarki kattoliċi, il-Papa Franġisku qal li r-relattiviżmu morali “jipperikola l-koeżistenza tal-popli”. Żied li etika komuni ibbażata fuq in-natura umana hi kundizzjoni indispensabbli għall-paċi fid-dinja.

Franġisku fakkar fl-imħabba lejn il-fqar prattikata minn San Franġisk t’Assisi u lmenta li kemm il-faqar materjali kif ukoll dak spiritwali ta’ żmienna qed iferu anki lill-pajjiżi għonja.