F’Novembru li ġej il-Papa Benedittu XVI serikunqed iwassal ‘messaġġ storiku’ f’Benin, waqt it-tielet vjaġġ tiegħu fil-kontinent Afrikan.
Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Contonou, Monsinjur Eugene Houdekon, direttur tal-Kumitat organizzattiv taż-żjara tal-Papa, qal li waqt iż-żjara tiegħu bejn it-18 u l-20 ta’ Novembru, il-Papa se jippreżenta l-eżortazzjoni appostolika li ġġib flimkien il-konklużjonijiet tat-Tieni Assemblea Speċjali għall-Afrika, Assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet li saret fl-2009. Huwa qal li din hi t-tielet żjara tal-Papa f’Benin, wara żewġ żjarat mill-predeċessur ta’ Benedittu XVI, Papa Ġwanni Pawlu II, li żar il-post fl-1982 u fl-1993.
Huwa spjega li hemm żewġ raġunijiet għaż-żjara tal-Papa; fi kliemu, “il-150 anniversarju mill-proċess ta’ evanġelizzazzjoni tan-nazzjon u l-kommemorazzjoni ta’ ħabib personali tal-Papa f’Ruma, il-Kardinal Bernardin Gantin, li kien dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, u li miet fl-2008.
Mons Houdekon kompla jgħidli l-vjaġġ f’Benin se jkun it-tieni wieħed tal-Papa fil-kontinet Afrikan, wara dak fil-Cameroon u Angola fl-2009, fejn kien nieda l-messaġġ tiegħu għar-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi għall-kontinent Afrikan sħiħ.
“Issa, wara s-Sinodu tal-Afrika, fejn ngħataw fid-deher it-tensjonijiet soċjo-politiċi eżistenti, li spiċċaw jiġġeneraw fi vjolenza, mewt, ġuħ, rivoluzzjonijiet popolari, intolleranza u sitwazzjonijiet simili li ma jikkorrispondu xejnmal-pjan ta’ Alla, hija grazzja għal Benin li l-Papa se jkun preżenti, iwassal hu nnifsu messaġġ storiku waqt li jindirizza 54 pajjiż Afrikan”.
Ma naqasx milli jappella sabiex kulħadd jagħmel ħiltu u jikkontribwixxi għas-suċċess ta’ din iż-żjara.