L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar li nhar it-Tlieta 26 ta’ Ġunju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżur iż-żoni tar-reġjun Taljan ta’ Emilia Romagna li riċentament intlaqtu mit-terremot. Il-Papa hu skedat li jasal b’ħelikopter fil-grawnd tal-isport San Marino di Carpi fl-10am fejn se jintlaqa’ mill-kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan.
Minn hemm se jkun qed jivjaġġa lejn Rovereto di Novi, jaqsam ir-‘red zone’ u jżur il-knisja ta’ Santa Katerina ta’ Alessandria li ġarrbet ħsarat estensivi wara ċ-ċaqliq tal-art li seħħ aktar kmieni.
Minn hemm imbagħad, wara li jiltaqa’ mal-President tar-reġjun Emilia Romagna, il-Papa jindirizza lin-nies tal-lokal. Jirritona mbagħad il-Vatikan fis-1.15pm.