Il-Papa Benedittu XVI se jżur il-kwartieri tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Maqgħuda fil-ftuħ tas-Summit Dinji dwar is-sigurta fl-ikel. Kien ikkonfermat fi stqarrija maħruġa mill-Vatikan li l-Papa se jżur il-FAO fil-15 ta’ Novembru.
Is-Summit Dinji dwar is-Sigurta fl-Ikel se jsir qabel il-konferenza ġenerali tal-FAO bejn it-18 u t-23 ta’ Novembru.
L-aħbar tal-Vatikan qed tasal jum wara li Jacques Diouf, Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Maqgħuda, indirizza it-tieni Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għall-Afrika. Is-Sinodu għadu għaddej u għandu jintemm fil-25 jum ta’ dan ix-xahar t’Ottubru.