Hekk kif il-politika tinsab wieqfa, skont il-Kustodja tal-Art Imqaddsa, huwa “il-lingwaġġ” tal-vjolenza u n-nuqqas ta’ fiduċja li qed jiddominaw il-konverzazzjoni u d-djalogu.
Fr Pierbattista Pizzabella qasam dal-ħsieb ma’ Radju Vatikan b’reazzjoni għaż-żjieda fit-tensjoni bejn l-Israeljani u l-Palestinjani.
Fl-aħħar jiem attakk terrorista fuq venda tal-karozzi f’Ġerusalemm ħalla persuna mejta u darab mal-50 persuna…xi ħaġa li ilha ma tiġri f’Ġerusalemm mill-2008 meta estremista Palestinjan daħal fi skola u qatel tmien studenti. Il-forzi Israeljani tal-ajru, l-għada nedew attakki fuq tliet siti fl-Istrixxa ta’ Gaża, hekk kif kienu sparati mill-inqas 11-il rocket fin-nofsinhar ta’ Israel.
“Nispera li mhux se terġa tinfetaħ xi strateġija terroristika kif assistejna fl-aħħar snin.Nispera lid an kien inċident iżolat”. Fr Pizzaballa ddeskriva l-qafas poltiku bħalissa bħala “ipparaliżżat”. Qal li jaħseb li “jinsabu mbeżża jew bla ħila biex jieħdu deċiżjonijiet kbar li jeħtieġu kuraġġ minn kulħadd. Dan inissel iżjed inċertezza, b’akkużi miż-żewġ naħat lejn xulxin”.
Meta tkellem dwar is-sitwazzjon f’Gaza, is-saċerdot spjega kif żdiedet il-vjolenza u kif din dehret fil-passat u reġgħet qed tiżviluppa f’sitwazzjoni akuta illum.