Nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ S. Marija, B’Kara. Iż-żona madwar il-Knisja ddedikata lill-Vergni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, ilha Parrocca mit-8 ta’ Mejju 2005. Fil-Parroċċa ta’ Santa Marija l-Arċisqof ser iqaddes ukoll fil-Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi u ser jiltaqa’ mal-komunita tal-patrijiet Ġizwiti. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjonijiet li jikoordinaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa. Ser ikun hemm hin fejn l-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu u jiltaqa’ ma’ madwar 220 tifel u tifla imqassmin fi 12 il-klassi. L-Arċisqof ser jagħmel ukoll xi żjarat fil-familji.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]