All Saints day

Il-festa tal-Qaddisin kollha tinħass sew f’Ruma, bl-ewwel għaxriet ta’ eluf ta’ Rumani jaslu sal-Pjazza quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru. Il-pulizija kellha tagħlaq l-aċċess madwar il-bażilika tal-Vatikan, u projbixxiet ukoll ċertu traffiku milli jasal sa Via della Conciliazione. F’dan ix-xenarju, pellegrini u turisiti urew kurżita waqt li l-qniepen daqqew tmiem il-quddiesa, biċ-ċittadini tal-post iħarsu mill-ewwel lejn it-tieqa tal-istudju tal-Papa għall-bidu tal-maratona fil-jum li jfakkar il-qaddisin kollha.

Il-maratona ta’ 10 kilometri għaddiet miċ-ċentru storiku ta’ Ruma. Il-parteċipanti li ħadu sehem fil-ġirja, ta’ etajiet u abbiltajiet differenti, dehreu mill-iktar entużjasti hekk kif ġew fl-aħħar biċċa tal-maratona, eżatt fil-ħin għat-talba tal-Angelus mal-Papa Benedittu XVI.

Mad-daqq tal-qniepen f’nofsinhar, il-Papa deher fit-tieqa tal-istudju tiegħu u sellem lill-parteċipanti fil-maratona, li ngħaqdu mal-pellegrini għall-udjenza tal-Erbgħa. Huwa rrifletta dwar it-tifkira tal-qaddisin kollha u qal li dawnk magħrufa għalina, flimkien ma’ dawk li jafhom Alla biss, jinsabu fejn is-sema u l-art jiltaqgħu – għax fid-dinja kienu ffurmati u miftuħa għall-Ispirtu ta’ Kristu, li twaħħdu f’komunjoni mal-ġisem mistiku tiegħu, li hi l-Knisja.